Saturday, November 23, 2024

Trump jiddikjara “rebħa” hek kif ir-rata tal-qgħad fl-Istati Uniti tilħaq it-13.3%

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Donald Trump iddikjara “rebħa” hekk kif ir-rata tal-qgħad tal-Istati Uniti tjiebet biex laħqet it-13.3%.

Filwaqt li ċ-ċifri għadhom qed jirriflettu livell għoli ta’ qgħad, ir-rata tjiebet mill-14.7% li kienet reġistrata f’April li għadda, l-agħar xahar mindu bdiet tinżamm l-istatistika fl-1948.

Matul ix-xahar ta’ Mejju l-ekonomija Amerikana rreġistrat żieda ta’ 2.5 miljun impjieg, wara li mal-20.7 miljun persuna tilfu l-impjieg tagħhom f’April li għadda.

L-ekonomisti kienu qed jistennew li r-rata tal-qgħad kienet se tkun aktar għolja f’Mejju, fejn kienu qed ibassru li din saħansitra kellha titla’ għal kważi 20%.

L-aħbarijiet tajbin mill-kamp tal-ħolqien tal-impjiegi waslu hekk kif il-pajjiż qed jesperjenza diversi rvellijiet madwar il-pajjiż waqt il-kriżi ekonomija u ta’  saħħa li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19.

Sport