Tuesday, September 30, 2025

Trump “kunfidenti” li se jkun hemm il-paċi f’Gaża

Aqra wkoll

Hekk kif il-President tal-Istati Uniti Donald Trump laqa’ lill-Prim Ministru Iżraelit Benjamin Netanyahu fil-White House, qal li hu jinsab kunfidenti li se jkun hemm il-paċi f’Gaża.

Ftit jiem oħra se jkun it-tieni anniversarju minn meta l-Hamas wettqu l-attakki fuq Iżrael u minn dakinhar reġgħet bdiet il-gwerra.

Il-midja internazzjonali qiegħda tirraporta li l-laqgħa bejn Trump u Netanyahu saret biex jiġi finalizzat ftehim li l-Istati Uniti jistgħu jippreżentaw biex ikun hemm negozjati.

Minkejja li Trump qal li jinsab kunfidenti li se jkun hemm il-paċi fl-aħħar sigħat Iżrael kompla jwettaq aktar attakki fuq Gaża u jkisser il-ftit li baqa’ minnha.

Intant aktar rapporti fil-midja internazzjonali qegħdin jgħidu li minħabba Iżrael mhu qiegħed iħalli xejn jidħol f’Gaża, wieħed mill-aħħar sptarijiet li għadu jopera fiż-żona tista’ tgħid li spiċċatlu l-mediċina kollha. Dan ikompli jagħmel is-sitwazzjoni ferm aktar gravi milli hi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport