Saturday, March 21, 2026

Trump: L-Istati Uniti qed tikkunsidra li ‘tnaqqas’ l-operazzjonijiet militari fl-Iran

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal nhar il-Ġimgħa li kien qed jikkunsidra li “jnaqqas” l-operazzjonijiet militari kontra l-Iran u li l-Istrett ta’ Hormuz ikollu bżonn ikun “mħares u sorveljat” minn pajjiżi oħra.

“Qed noqorbu ħafna biex nilħqu l-objettivi tagħna hekk kif qed nikkunsidraw li nnaqqsu l-isforzi Militari kbar tagħna fil-Lvant Nofsani fir-rigward tar-Reġim Terroristiku tal-Iran,” kiteb Trump fuq il-pjattaforma tiegħu Truth Social

“L-Istrett ta’ Hormuz se jkollu jiġi mħares u sorveljat, kif meħtieġ, minn Nazzjonijiet oħra li jużawh … L-Istati Uniti le!” qal.

It-tensjonijiet reġjonali żdiedu minn meta l-Istati Uniti u Iżrael nedew attakki fuq l-Iran fit-28 ta’ Frar. L-attakki allegatament qatlu madwar 1,300 persuna, inklużi aktar minn 150 tifel u tifla fi skola elementari tal-bniet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport