Sunday, December 29, 2024

Trump u O’Sullivan fil-finali tal-Kampjonat Dinji tal-isnooker

Aqra wkoll

Il-player Ingliż, Judd Trump, għeleb lil dak minn Wales, Mark Williams, f’semi-finali pulsanti li marret sal-aħħar bl-iskor ta’ 17-16. 

Fis-semi-finali l-oħra bejn Ronnie O’Sullivan u John Higgins, li ntemmet il-bieraħ fil-għaxija fil-Crucible Theatre ta’ Sheffield, tal-ewwel kien jonqsu żewġ frames oħra meta beda l-aħħar sessjoni 15-9 minn fuq. 

Kien Trump li rebaħ l-ewwel sessjoni 7-1 bit-tieni sessjoni tintemm 4-4 u l-iskor sar 11-5 u hawnhekk huwa kien favorit li jgħaddi għall-finali. 

It-tielet sessjoni kienet ta’ Williams li rebaħha 6-2 inklużi r-rebħ ta’ ħames fames wara xulxin biex resaq viċin żewġ frames minn taħt, 13-11 u kollox infetaħ beraħ. 

Il-logħba kienet waħda mill-iktar eċċitanti meta l-koppja pproduċew livell xintillanti. Tant hu hekk li l-aħħar sessjoni rat li Judd Trump imur żewġ frames minn fuq u wara Mark Williams reġa’ bl-iżvantaġġ ta’ qabel sakemm lejn it-tmiem huwa mar 16-15 minn fuq iżda l-aħħar kelma kienet ta’ Trump li wara li għamilhom parita’ 16-16 kien hu li rebaħ il-frame deċiżiv. 

Il-frames ma naqsux li jsebbħu l-logħba meta Trump għamel 70, 70, 54, 62, 53, 114, 100, 50, 79,120, 113 u 64 waqt li Williams ipproduċa 119, 52, 70 137, 58 u 53 fl-istess frame, 57, 77, 59, 137 u 138. 

O’Sullivan b’tentattiv li jikseb is-seba’ titlu tiegħu

Min-naħa tiegħu Ronnie O’Sullivan kiseb rebħa komda ta’ 17-11 fuq John Higgings sabiex kiseb postu wkoll fil-finali tal-Kampjonat Dinji kontra Judd Trump.

B’hekk O’Sullivan li fl-età ta’ 46 sena huwa rebbieħ ta’ sitt kampjonati se jkun l-plejer bl-aktar età avvanzata li wasal sal-finali wara Ray Reardon li fl-1982 sab postu fil-finali fl-età ta’ 49 sena.

O’Sullivan rebaħ sitta mis-seba’ finali li kkompeta fihom u issa jinsab iffukat f’tentattiv li jilħaq lil Stephen Hendry fir-rebħ tas-seba’ titlu tiegħu.

L-appuntament għal-lum u għada kontra Trump f’finali li m’għandhiex tonqos li tkun oħra missielta. Din tibda fis- 2.00 p.m u tkompli fit-8.00 p.m.

Ekonomija

Sport