Sunday, November 3, 2024

Truppi Russi jirtiraw minn żona importanti wara offensiva Ukrena

Aqra wkoll

Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Moska abbanunat żona importanti ġewwa l-Grigal tal-Ukrajna wara li l-suldati Ukreni wettqu offensiva qawwija. 

It-telfa ta’ Izium ġewwa l-provinċja ta’ Kharkiv kienet l-ikbar disfatta għar-Russja wara l-falliment li kien seħħ ġewwa Kiev f’Marzu li għadda. Min-naħa tagħhom l-Ukreni ddeskrivew dan l-avveniment bħala rebħa kruċjali f’dan il-kunflitt li ilu għaddej għal sitt xhur. Is-suldati Russi kellhom jirtiraw f’daqqa minn din iż-żona u ħallew warajhom ħażniet ta’ munizzjon u anke apparat militari. 

Il-forzi Russi kienu qed jużaw il-belt ta’ Izium bħala bażi ta’ loġistika għal waħda mill-iktar offensivi importanti f’din il-gwerra; dik tar-reġjun tad-Donbas li huwa magħmlul minn Donetsk u Luhanks. L-aġenzija tal-aħbarijiet statali Russja TASS qalet li l-ministeru tad-difiża Russu ordna lit-truppi biex immedjatament jitilqu minn Izium u jsaħħu l-preżenza tagħhom f’żona oħra ġewwa Donetsk. 

Sport