Ir-referee tal-FIFA Trustin Farrugia Cann inħatar biex jikkontrolla l-partita mill-UEFA Europa Conference League 2021/22 – Grupp B bejn FC Flora (Estonja) v Gent (Belġju) fil-belt kapitali Estonjana, Tallin.
Il-partita se tintlagħab il-Ħamis fil-Lillekula Stadium u tibda fis-6.45pm.
Fl-Estonja Trustin se jkun mgħejjun minn Luke Portelli u Duncan Sultana bħala Assistant Referees, waqt li Philip Farrugia ġie assenjat bir-rwol tar-Raba’ Uffiċjal għal din il-partita.
Il-Malta Football Association xtaqet testendi l-isbaħ xewqat tagħha lis-Sur Farrugia Cann u lit-team ta’ uffiċjali tiegħu fl-appointment internazzjonali tagħhom aktar tard din il-ġimgħa lil hinn minn xtutna.