-coach ta’ Franza, Didier Deschamps, sejjaħ skwadra finali ta’ 25 player għat-Tazza tad-Dinja 2022 li tingħata bidu fl-20 ta’ Novembru.
Paul Pogba u N’Golo Kante huma neqsin minħabba li għadhom ma rkuprawx minn injury filwaqt li Eduardo Camavinga, Aurelien Tchouameni, William Saliba, Ibrahima Konate u Christopher Nkunku ġew magħżula għall-ewwel darba.
Bayern Munich huma l-iktar club rappreżentant f’din l-iskwadra b’total ta’ erba’ players. Real Madrid għandhom tlieta filwaqt li Paris St Germain għandhom biss tnejn.
Franza jinsabu fi Grupp D fejn se jilagħbu kontra l-Awstralja, id-Danimarka u t-Tuneżija.
L-iskwadra kollha hija:
Goalkeepers: Alphonse Areola (West Ham), Hugo Lloris (Tottenham), Steve Mandanda (Rennes)
Difensuri: Lucas Hernandez (Bayern Munich), Theo Hernandez (AC Milan), Presnel Kimpembe (PSG), Ibrahima Konate (Liverpool), Jules Kounde (Barcelona), Benjamin Pavard (Bayern Munich), William Saliba (Arsenal), Dayot Upamecano (Bayern Munich), Raphael Varane (Man Utd)
Midfielders: Eduardo Camavinga (Real Madrid), Youssouf Fofana (Monaco), Matteo Guendouzi (Marseille), Adrien Rabiot (Juventus), Aurelien Tchouameni (Real Madrid), Jordan Veretout (Marseille)
Attakkanti: Karim Benzema (Real Madrid), Kingsley Coman (Bayern Munich), Ousmane Dembele (Barcelona), Olivier Giroud (AC Milan), Antoine Griezmann (Atletico Madrid), Kylian Mbappe (PSG), Christopher Nkunku (RB Leipzig)