Il-familja rjali tal-Qatar qed timponi projbizzjoni totali fuq il-bejgħ ta’ alkoħol fil-grounds tat-Tazza tad-Dinja … 48 siegħa biss qabel ma jibda t-tournament.
Din il-pressjoni tal-awtoritajiet tal-pajjiż ixxokkjat lill-kapijiet mal-kumpanija tal-birra ‘Budweiser’ li magħha hemm ftehim ta’ bosta miljuni ta’ liri.
Fl-aħħar mumenti qabel proprju nhar il-Ħadd li ġej jingħata bidu għal-logħob, il-Qatar qed iġiegħel lill-FIFA tipprojbixxi l-alkoħol mill-grounds.
Din il-pressjoni se tirriżulta fi ksur tal-ftehim ma’ ‘Budweiser’ li min-naħa tal-kumpanija diġá sostniet li se tiftaħ kawża legali kontra l-FIFA stess hekk kif hija waħda mill-akbar sponsors tal-korp tal-football mondjali.