Sunday, November 24, 2024

TTD 2022 – Malta ssofri telfa kbira kontra s-Slovenja

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg

Malta …………..0

Slovenja ……….4

Mingħajr l-ebda tlaqliq, il-wirja u t-telfa ta’ 4-0 kontra s-Slovenja, valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022, iridu jintesew mill-aktar fis.

Dan minħabba li din il-prestazzjoni kienet l-agħar waħda taħt ir-responsabbiltá tal-coach, Devis Mangia.

Kienet ġurnata ħażina li fiha xejn ma ġie tajjeb għall-Maltin … fejn ikkommettew żbalji elementari, tilfu l-konċentrazzjoni u dehru demoralizzati wara li sofrejna t-tielet goal.

Il-Maltin kellhom lil Ryan Camenzuli sospiż waqt li l-player imwieled fl-Ingilterra naturalizzat Malti ta’ St Johnstone, James Brown, qed jirkupra minn injury fejn kien mistenni jagħmel id-debutt tiegħu.

L-ewwel azzjoni ta’ Malta waslet fil-ħames minuta meta Paul Mbong tilef il-pussess tal-ballun f’tarf l-kaxxa li wasal għand Cain Attard li xeħet cross fil-baxx fejn kien hemm Luke Montebello li b’xutt bid-dawra sab lill-goalkeeper Jan Oblak attent.

Ir-reazzjoni tas-Sloveni kienet waħda mmedjata hekk kif Sandi Lovric venven xutt minn barra l-kaxxa iżda kien ċentrali biex il-goalkeeper Henry Bonello salva mingħajr wisq tbatija.

Fid-disa’ minuta, wasal ċans tad-deheb għall-Maltin meta mill-cross insidjuż ta’ Joseph Mbong, minn taħt il-lasti Cain Attard ma kkonnettjax sew mal-ballun biex b’karambola ħabat mad-di­fensur Slo­ven, Jaka Bijol, għal corner.

Wara din l-azzjoni, b’mod gradwali s-Sloveni bdew iżidu l-pressjoni biex ġiegħlu lill-Maltin jirtiraw lura u fis-16-il minuta, resqu viċin meta mill-cross ta’ Jasmin Kurtic, id-daqqa ta’ ras ta’ Bijol għaddiet ftit barra.

Fl-20 minuta, id-difiża Maltija nqabdet fuq sieq waħda hekk kif Sandi Lovric xeħet fir-rokna tax-xibka iżda l-goal ma ġiex konvalidat minħabba li l-istess player kien f’pożizzjoni millimetrika ta’ offside.

Erba’ minuti wara, ħlis­niha ħafif meta ndeċiżjoni fid-difiża ppermettiet lil Andraz Sporar b’opportunitá iż­da ġie nnewtralizzat fil-ħin.

Peró fis-27 minuta, is-Slo­veni fetħu l-iskor meta Juri Balkovec ġera mal-linja xellugija, xeħet lejn JOSIP ILICIC li min-nofs il-kaxxa kien pront u xeħet il-ballun fix-xibka.

Fil-31 minuta, l-avversarji rebħu free-kick barra l-kaxxa meta Teuma kkommetta foul fuq Zan Karnicnik. Iżda x-xutt ta’ Ilicic ġie mblukkat mill-barriera.

Fil-41 minuta, Luke Montebello għamel l-impossibbli meta nġieb waħdu mill-cross perfett ta’ Teddy Teuma iżda minn taħt il-lasti d-daqqa ta’ ras tiegħu kienet wisq dgħaj­fa biex iċ-ċans intilef.

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, is-Sloveni rduppjaw meta Lovric irtokka l-ballun bit-takkuna lejn ANDRAZ SPORAR li kkontrolla b’sidru qabel ma għe­leb lil Bonello. Kien hemm it-tama li dan il-goal seta’ tħassar permezz tal-VAR … iżda kollox kien normali skond it-teknoloġija.

Fis-60 minuta, l-avversarji komplew iżidu l-iskor meta Lovric qabad ballun f’nofs il-ground, avvanza u għadda lejn JOSIP ILICIC li daħal fil-kaxxa, dar ma’ Cain Attard u għeleb għal kollox lill-goalkeeper Malti bil-ballun jispiċċa fir-rokna tax-xibka.

Ħames minuti wara, konna sfortunati meta minn az­zjoni ta’ corner id-daqqa ta’ ras ta’ Kurt Shaw ħalliet lill-goalkeeper avversarju statiku iżda falla l-mira bi ftit. 

Fis-67 minuta, sofrejna d-daqqa mortali meta mill-cross ta’ Lovric, is-sostitut BENJAMIN SESKO għeleb in-nasba tal-offside biex id-daqqa ta’ ras tiegħu ħalliet lil Bonello jħares lejn il-ballun dieħel fix-xibka.

Il-partita ntemmet b’azzjoni ta’ Domen Crnigoj li b’xutt imdawwar minn barra l-kaxxa għeleb lil Bonello iżda ballun stampa mal-mimduda u ntemm barra.

MALTA: 1-Henry Bonello, 2-Kurt Shaw, 7-Joseph Mbong (3-Adam Magri Overend 68), 9-Luke Montebello (18-Jurgen Degabriele 81), 10-Steve Pisani (23-Triston Caruana 68), 11-Paul Mbong (14-Alex Satariano 57), 13-Enrico Pepe, 17-Teddy Teuma, 19-Cain Attard, 21-Shaun Dimech (20-Luke Gambin 57), 22-Zach Muscat  – Coach: Devis Mangia

SLOVENJA: 1-Jan Oblak, 3-Jure Balkovec, 6-Jaka Binol, 7-Josip Ilicic (19-Luka Zahovic 71), 8-Sandi Lovric (23-Jon Stankovic 71), 9-Andraz Sporar (11-Benjmain Sesko 61), 10-Jasmin Kurtic (2-Timi Elisnik 83), 17-Miha Mevlja, 18-Zan Karnicnik, 21-Benjamin Verbic (13-Domen Crnigoj 61), 22-Adam Gnezda Cerin  – Coach: Matjaz Kek

REFEREE: Tasos Sidiropoulos (Greċja)

ASS. REFEREES: Polychronis Kostaras, Lazaros Dimit­riadis (Greċja)

RABA’ UFF.: Anastasios Pa­papetrou (Greċja)

SKORERS: J. Ilicic 29, 60, A. Sporar 50, B. Sesko 67 (S)

AMMONITI: J. Mbong, A. Satariano (M)

Sport