Matul dawn is-sitt ijiem se jintlagħbu l-aħħar programmi tal-Konfederazzjonijiet tal-kwalifiki tat-Tazza tadDinja biex isiru magħrufa it-48 finalisti liema tournament se jsir f’Ġunju li ġej, fl-Istati Uniti, fil-Kanada u fil-Messiku.
Din hija l-ewwel darba li din l-aqwa manifestazzjoni sportiva se tkun komposta minn 48 team.
Din hija t-23 edizzjoni u għall-ewwel darba wkoll se tkun ospitata minn tliet pajjiżi.
Barra minn hekk din l-edizzjoni bdiet nhar is-7 ta’ Settembru, 2023, bi tliet partiti ta’ kwalifikazzjoni mill-CONMEBOL u se tiġi fi tmiemha nhar id-19 ta’ Lulju, 2026, meta tintlagħab il-finali fi New Jersey Stadium ta’ New York.
S’issa kkwalifikaw 28 team u għaldaqstant fadal 20 post ieħor x’jimtlew … l-aktar mill-Konfederazzjoni tal-UEFA hekk kif l-Ingilterra huma l-uniku team s’issa li qata’ l-passaġġ għall-fażi finali.
B’kollox mill-UEFA jridu jikkwalifikaw 16-il team u għaldaqstant l-attenzjoni se tkun mixħuta fuq l-Ewropa … u aktar u aktar fuq l-Italja li teżisti possibbiltá kbira li jkollha tilgħab fil-play-offs kif ukoll tista’ tibqa’ barra għat-tielet darba konsekuttiva.
Jekk minn Grupp I, in-Norveġja tegħleb lill-Estonja, tkun ħaġa kważi ċerta li t-Taljani jmorru fil-play-offs minħabba d-differenza ta’ goals hija favur in-Norveġja.
It-28 team li kkwalifikaw s’issa huma:
– Pajjiżi ospiti (3): Stati Uniti, Kanada u Messiku.
– UEFA (1): Ingilterra.
– Conmebol (6): Arġentina, Brażil, Kolumbja, Ekwador, Paragwaj u Urugwaj.
– Afrika (9): Afrika t’Isfel, Alġerija, Cape Verde, Eġittu, Ghana, Ivory Coast, Marokk, Senegal, Tuneżija.
– Asja (8): Arabja Sawdija, Awstralja, Ġappun, Ġordan, Iran, Korea t’Isfel, Qatar, Uzbekistan.
– Oċeanja (1): New Zealand.

