Il-coach nazzjonali, Emilio De Leo, ffinalizza l-għażla tal-iskwadra tiegħu għal-logħbiet internazzjonali li ġejjin, u kkonferma li l-players kollha msemmija fil-lista proviżorja għaddew għall-għażla finali.
It-team nazzjonali ħalla Malta lejn Kaunas, il-bieraħ wara nofs in-nhar għall-partita minn Grupp G ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026, kontra l-Litwanja, nhar il-Ħamis li ġej, 4 ta’ Settembru, fis-6.00 pm.
Ħamest ijiem wara, jiġifieri, nhar it-Tlieta, li ġej, 9 ta’ Settembru, Malta tospita lil San Marino f’partita ta’ ħbiberija li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, fid-9.00 pm.
Sadanittant, il-midfielder Teddy Teuma (Reims) u d-difensur James Carragher (Wigan Athletic) mhumiex inklużi minħabba injury filwaqt li l-attakkant Basil Tuma (Reading) ġie msejjaħ fl-iskwadra ta’ Taħt il-21 sena.
L-iskwadra finali hija:
Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun S.), Rashed Al Tumi (Sliema W.), James Sissons (Chesterfield FC – Ingilterra).
Difensuri: Zach Muscat (Chaves – Portugall), Juan Carlos Corbalan (Marsaxlokk), Kurt Shaw (Sorrento – Italja), Enrico Pepe (Marsaxlokk), Jean Borg (Sliema W.), Gabriel Mentz (Gzira U.), Kean Scicluna (Zabbar SP), Ryan Camenzuli (Ħamrun S.) Myles Beerman (Sliema W.).
Midfielders: Matthew Guillaumier (Panserraikos – Greċja)*, Brandon Diego Paiber, Jake Azzopardi, Yannick Yankam (Valletta), Alexander Satariano (Athens Kallithea – Greċja), Jake Grech (Floriana), Jake Brimmer (Auckland FC – Awstralja), Adam Magri Overend FC (Sliema W.).
Attakkanti: Joseph Mbong (Hamrun S.), Jodi Jones (Notts County – Ingilterra), Paul Mbong (FK Cukaricki – Serbja), Ilyas Chouaref (Sion FC – Svizzera), Irvin Cardona (St Etienne – Franza), Kyrian Nwoko (Sliema W.), Keyon Ewurum (Valletta), Kemar Reid (Birkirkara).
* sospiż għall-partita kontra l-Litwanja.