It-tim nazzjonali Arġentin għażel li joqgħod f’campus universitarju pjuttost milli jmur f’lukanda ta’ ħames stilel.
Fil-fatt il-kontinġent Arġentin ġab miegħu total ta’ 2.630 kilogramm ta’ laħam mill-Arġentina għall-Qatar biex jorganizza l-barbikju tradizzjonali ta’ qabel it-tazza tad-dinja.
Peress li l-lukanda fejn kienu se joqogħdu pprojbixxit dan kollu, Messi u sħabu għażlu li jmorru f’post iktar modest u li iżda jtihom iċ-ċans ikunu iktar liberi fl-għażliet kulinarji tagħhom.
L-Arġentina jilagħbu l-ewwel logħba kontra l-Arabja Sawdija nhar it-Tlieta fil-11 ta’ filgħodu.