Fit-tielet ġurnata tat-tazza tad-dinja tad-darts li qed issir fil-belt ta’ Esbjerg fid-Danimarka, it-tim nazzjonali tal-irġiel magħmul minn Albert Scerri, Enrico Scerri, Tony Borg u Norbert Attard wasal sal-fażi tal-aħħar 32.
Fil-fażi tal-gruppi, il-Maltin rebħu 9-7 kontra Spanja filwaqt li tilfu 9-3 kontra l-Ingilterra sabiex għaddew bħala t-tim fit-tieni post.
Fil-fażi li jmiss huma lagħbu kontra l-Iskozja u tilfu 9-6.
Il-Maltin kienu qed jirbħu 5-3 f’xi mumenti iżda rimonta kbira tal-Iskoċċiżi tathom il-kwalifikazzjoni wara skor ta’ 9-6.
Fid-doubles tan-nisa, Althea Ciantar u Liliana Abela tilfu 4-1 kontra l-Olandiżi Noa Van Leuven u Aletta Wajer filwaqt li Marconia Zammit Borg u Pauline Tonna sfaw megħluba 4-0 mill-koppja Żvizzera Fiona Gaylor u Jeanette Stoop.