It-team nazzjonali Malti tal-waterpolo l-bieraħ beda l-impenji tiegħu fil-FINA World Cup Division B, b’rebħa u telfa meta fil-logħba ta’ filgħodu safa megħlub mill-Ġermanja 9-5 filwaqt li ħareġ rebbieħ f’dik ta’ wara nofs in-nhar 11-6 kontra l-Ukrajna.
Il-logħba kontra l-Ġermanja rat lill-coach mill-Montenegro, Milan Cirovic, jagħmel id-debutt tiegħu mat-team Malti wara li ngħata l-kariga li kien ilu jokkupa Karl Izzo li llum huwa l-president tal-ASA.
Ma’ Cirovic iddebutta wkoll Niki Lanzon fil-kariga ta’ assistent coach minflok Anthony Farrugia li anke hu kien ilu snin twal fil-kariga.
Il-Ġermaniżi kienu superjuri għat-team Malti bis-sessjonijiet ikunu (0-2, 3-3, 1-2, 1-2).
Il-goalkeeper, Jake Tanti, kien il-protagonista tat-team Malti meta salva żewġ penalties minbarra saves kruċjali oħra.
Il-goals tal-Maltin ġew skorjati minn Jake Muscat, Jayden Cutajar, Alec Fenech, Liam Galea u Sam Gialanze.
Imbagħad Malta lagħbet it-tieni logħba li fiha għelbet lill-Ukrajna 11-6 (4-0, 2-3, 4-3, 1-0).
Minkejja li lagħbu żewġ logħbiet f’ġurnata, il-Maltin għamlu kambjament meta ħarġu rebbieħa b’differenza ta’ ħames goals.
Il-Maltin rebħu tlieta mis-sessjonijiet fejn kienet it-tieni waħda li huma tilfu b’differenza ta’ goal wieħed.
Il-goals Maltin waslu minn Ben Plumpton 3, Jake Muscat 3, Benji Cachia 2, Liam Galea 1, Jayden Cutajar 1, Nikolai Zammit 1 u Alec Fenech 1,
Illum Malta tilgħab kontra l-Britannja u għada filgħodu jtemmu l-impenji tagħhom fil-grupp meta l-avversarji jkunu l-organizzaturi tat-tournament, ir-Rumanija.
It-team Malti huwa kompost minn Jake Tanti, Peter Borg, Liam Galea, Jayden Cutajar, Sam Gialanze, Benjamin Cachia, Ben Plumpton, Jake Muscat, Jeremy Abela, Nikolai Zammit, Alec Fenech u Benjamin Busuttil.