Awstralja ……. 0
Franza ……….. 0
(Awstralja 7-6 bil-pens)
Appoġġati minn kważi 50,000 spettatur, l-Awstralja kkwalifikaw għas-semi-finali meta għelbu lit-team qawwi ta’ Franza 7-6 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ mingħajr goals wara 120 minuta.
Iżda jekk dan il-konfront ma pproduċa l-ebda goal, id-drama kienet kollha merfugħa għat-tmiem … meta ngħataw xejn inqas minn 20 penalty fejn seba’ minnhom ġew falluti li fihom spikkaw iż-żewġ goalkeepers – Mackenzie Arnold (Awstralja) u Solene Durand (Franza).
Għall-Awstraljani skorjaw Caitlin Foord, Sam Kerr, Mary Fowler, Katrina Gorry, Tamela Yallop, Ellie Carpenter u Cortnee Vine filwaqt li Stephanie Catley, Mackenzie Arnold u Clare Hunt fallew it-tentattiv mill-11-il metru.
Min-naħa l-oħra, l-iskorers għall-Franza kienu Kadidiatou Diani, Wendi Renard, Eugenie Le Sommer, Grace Geyoro, Sakina Karchaoui u Mealle Lakrar filwaqt li Selma Bacha, Eve Perisset, Kenza Dali u Vicki Becho, iddiżappuntaw.