Monday, November 4, 2024

TTD tan-Nisa 2023: L-Ingilterra jdawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

Ingilterra ……..2

Kolumbja ……..1

Minkejja li ma kienux fl-aqwa tagħhom, l-Ingilterra dawru telfa f’rebħa meta għelbu lill-Kolumbja bl-iskor ta’ 2-1 biex qatgħu l-passaġġ fis-semi-finali. 

Kienu l-Kolumbjani li fetħu l-iskor meta minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, Leicy Santos, illobjat il-ballun minn tarf il-kaxxa u bi preċiżjoni għelbet lill-goalkeeper, Mary Earps. 

Iżda fit-tielet minuta tal-ħin miżjud, l-Ingilterra kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ rutina, il-goalkeeper Kolumbjana, Catalina Perez, naqset li żżomm il-ballun u f’konfużjoni li segwiet, Lauren Hemp irnexxielha titfa’ l-ballun fix-xibka. 

Wara l-mistrieħ, iż-żewġ timijiet żiedu l-pressjoni fuq il-lasti avversarji iżda, fit-63 minuta, Alessio Russo għelbet in-nasba tal-offside u b’xutt djagonali xeħtet il-ballun fir-rokna tax-xibka.  

Iżda minkejja li kienu fil-vantaġġ, aktar ma beda jgħaddi l-ħin aktar kienet evidenti l-għejja tal-players Ingliżi u filwaqt li l-Kolumbjani bdew jattakkaw minn kullimkien, il-goalkeeper Earps kienet providenzjali għal-Liones­ses b’saves determinanti fuq Lorena Durango Bedoya u l-promettenti Linda Caicedo.

Sport