Monday, October 14, 2024

TTD tan-Nisa 2023: Spanja l-ewwel semi-finalisti b’rebħa fuq l-Olanda

Aqra wkoll

Spanja ………2

Olanda ………1

(wara l-ħin barrani)

Il-winger żagħżugħ, Salma Paralluelo, daħlet bħala sostituta u fil-111-il minuta hija skorjat il-goal tar-rebħa biex Spanja għelbu lill-Olanda bl-iskor ta’ 2-1 fil-ħin barrani biex saru l-ewwel semi-finalisti tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023 li qed issir fl-Awstralja u fi New Zealand. 

Mariona Caldentey dehret li kienet se tagħti r-rebħa lil Spanja fil-ħin normali meta skorja penalty fit-80 minuta wara li Stefanie van der Gragt ikkommettiet handball fil-kaxxa. 

Iżda l-istess player pattiet għal dan l-iżball meta fil-ħin miżjud hija kisbet id-draw għall-Olandiżi biex il-partita kellha tmur għall-ħin barrani.

Madankollu, Paralluelo spiċċat bħala l-eroj tal-Ispanjoli hekk kif sabet l-ispazju neċessarju biex qatgħet il-passaġġ għall-Iberjani mal-aħħar erbgħa għall-ewwel darba f’26 sena. 

L-Olanda, finalisti fl-2019 fejn ġew megħluba mill-Istati Uniti fil-finali, kellhom jieħdu l-vantaġġ qabel Paralluelo skorjat il-goal rebbieħ iżda minn taħt il-lasti,  Lineth Beerensteyn għamlet l-impossibbli u xeħtet għoli. 

Issa Spanja jilagħbu kontra r-rebbieħ bejn il-Ġappun u l-Isvezja, f’Auckland. 

Sport