Sunday, November 24, 2024

TTD tan-Nisa: Franza wisq tajbin għall-Marokk

Aqra wkoll

Franza …….. 4

Marokk ……..0

Franza ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lill-Marokk bl-iskor ta’ 4-0, b’dawn tal-aħħar sellmu lil dan it-tournament b’mod denju hekk kif ġibdu l-ammirazzjoni ta’ kulħadd. 

Huma kienu qed jimmiraw li jsiru l-ewwel team mill-kontinent Afrikan li jirbaħ partita mill-fażi eli­minatorja … iżda sabu quddiemhom avversarji mill-aktar diffiċli u fost il-favoriti li jirbħu dan l- unur prestiġjuż. 

Fir-round li jmiss, Franza se jiffaċċjaw lit-team ospitu tal-Awstralja u jridu jagħ­rfu kif se jrażżnu lill-partitarji. 

Intant, kif jindika r-riżultat, il-Franċiżi ddominaw dan il-konfront mill-bidu sal-aħħar u qatt ma dehru f’xi periklu li setgħu jitilfu dan il-konfront. 

Wara bidu kwiet, Les Bleues skorjaw tliet goals fi spazju ta’ tmien minuti. 

Kienet Kadidiatou Dian (15) li fetħet l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras u ħames minuti wara assistejna għall-goal mill-isbaħ meta Kenza Dali bdiet azzjoni min-nofs il-ground li kkonkludietha b’xutt minn tarf il-kaxxa l-kbira. 

Imbagħad Eugenie Le Sommer (23, 70) irreġistrat doppjetta b’goal f’kull taqsima biex issiġillat ir-reb­ħa Franċiża. 

Sport