Saturday, November 2, 2024

TTD tan-Nisa: Il-Ġermanja eliminati

Aqra wkoll

Korea t’Isfel ……. 1

Ġermanja ……….. 1

Il-Ġermanja, champions tad-dinja darbtejn, fl-2003 u fl-2007, sfaw eliminati wara li ġew miżmuma mill-Korea t’Isfel bl-iskor ta’ 1-1. 

Din hija l-ewwel darba fl-istorja li l-Ġermaniżi naqsu milli javvanzaw għall-fażi eliminatorja. 

Bla dubju, li dan huwa diżappunt kbir fil-kamp Ġermaniż hekk kif sentejn ilu kienu finalisti tal-Kampjonat Ewropew. 

L-aspettativi tal-Ġerma­niżi li jgħaddu mal-Aħ­ħar 16 kienu għoljin … iżda ġġarrfu fis-sitt minuta meta l-Koreani fetħu l-iskor minn Cho So-hyun.

Madankollu, tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Alexandra Popp, għamlet l-iskor indaqs biex skor­jat ir-raba’ goal personali f’dan it-tournament. 

U l-affarijiet għall-Ġermaniżi komplew jikkomplikaw ruħhom meta sem­għu li l-Marokk skorjaw kontra l-Kolumbja. 

Popp kienet l-unika tama għall-Ġermaniżi u fil­waqt li kienet miżmuma f’morsa mid-difensuri avversarji, hija ġiet imċaħħda mill-mimduda. 

Sport