Friday, December 27, 2024

TTD tan-Nisa: Il-ko-osptitanti New Zealand jibdew b’rebħa fuq in-Norveġja

Aqra wkoll

Il-ko-ospitanti New Zealand fetħu t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023 bi stil kontra n-Norveġja hekk kif kisbu l-ewwel rebħa fl-istorja tal-pajjiż f’fażi finali. 

F’lejl memorabbli f’Auckland, il-Kiwis ipproduċew football sabiħ u, fid-49 minuta,  ġustament fetħu l-iskor meta Hannah Wilkinson kkonkludiet fix-xibka mill-cross ta’ Jacqui Hand qudiem 42,137 spettatur, f’Eden Park – rekord għal partita tal-football fi New Zealand.

Anke l-penalty fallut ta’ Ria Percival fid-89 minuta, wara handball ta’ Tuva Hansen, ma naqqasx miċ-ċelebrazzjonijiet.

Il-partitarji ta’ New Zealand marru bi ħġarhom biex jagħtu l-appoġġ lit-team tagħhom li qatt ma rnexxielu joħroġ rebbieħ fil-15-il logħba preċedeti f’fażi finali.  

Huma ġew ippremjati meta Wilkinson għelbet mill-viċin lill-goalkeeper, Aurora Mikalsen, hekk kif ikkonnetjat tant tajjeb mill-cross ta’ Hand biex tefgħet lill-partitarji f’dellirju ta’ ferħ.  

In-Norveġja, champions tad-dinja tal-1995, kienu sfortunati meta f’nofs it-tieni taqsima ġiet imċaħħad mill-mimduda.   

Lejn it-tmiem, kellha tkun il-goalkeeper Mikalsen providenzjali għan-Norveġiżi meta evitat goal ċert fuq tentattiv ta’ Ali Riley. 

Qabel il-partita ġiet osservata minuta silenzju għall-vittmi ta’ sparatura fatali, f’Auckland stess, ftit sigħat qabel il-partita. 

Ekonomija

Sport