Sunday, November 24, 2024

TTD tan-Nisa: Il-Kolumbja tirbaħ u l-Koreana Casey Phair tikteb l-istorja

Aqra wkoll

Il-Kolombja bdew l-avventura tagħhom fit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa fuq nota mill-aktar poittiva meta, f’Sydney, għelbu lill-Korea t’Isfel bl-iskor ta’ 2-0. 

Catalina Usme (30) fetħet l-iskor għas-Sud Amerikani minn penalty, qabel ma ż-żagħżugħa Linda Caicedo (39) rduppjat grazzi għal żball tal-keeper Korean Yoon Young-geul.

Dan kien biżżejjed biex jagħti lill-Kolombja t-tieni rebħa tagħhom fit-tournament.

Min-naħa l-oħra, il-Koreana Casey Phair, kitbet l-istorja meta saret l-iżgħar player li qatt lagħbet f’Tazza tad-Dinja tan-Nisa.

L-attakkanta, li kellu biss 16-il sena u 26 jum, ġie introdotta bħala sostituta fis-77 minuta.

It-team mill-Asja, li issa tilef l-erba’ logħbiet tal-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, jmissu jilgħab kontra l-Marokk fit-30 ta’ Lulju f’partita ta’ Grupp H li jrid jirbaħ, qabel ma l-Kolombja tilgħab mal-Ġermanja.

Sport