Tuesday, September 24, 2024

TTD tan-Nisa: L-Awstralja mal-aħħar tmienja b’rebħa fuq id-Danimarka

Aqra wkoll

Awstralja ……..2

Danimarka ……0

Quddiem 75,784 spetta­tur, il-ko-ospitanti, l-Aw­stral­ja, ikkwalifikaw għall-kwar­ti-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023 li qe tintlagħab fl-Awstralja u fi New Zealand, meta għelbu lid-Danimarka bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima. 

Kienet Caitlin Foord li, fid-29 minuta, fetħet l-iskor għall-Matildas li sabet ix-xib­ka minn qagħda djagonali wara li rċeviet minn Mary Fowler. 

Wara l-mistrieħ, id-Daniżi ppruvaw jagħmlu reazzjoni biex jiksbu l-goal tad-draw iżda kienu l-Aws­traljani, li fis-70 minuta, irduppjaw meta Hayley Ra­so tefgħet ġewwa wara xogħol tajjeb ta’ Emily van Egmond.

B’din ir-rebħa, issa l-Awstraljani jaffrontaw ir-rebbieħ bejn Franza u l-Marokk liema partita se tintlagħab proprju llum hekk kif ikunu magħrufa l-aħħar tmienja. 

Sport