F’partita valida minn Grupp E ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2023, it-team nazzjonali Malti tan-nisa safa megħlub minn dak Russu bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals għar-Russi jaslu lejn tmiem l-ewwel taqsima, fil-ftuħ tat-tieni waħda u t-tielet wieħed proprju lejn tmiem il-partita.
Ir-Russi fetħu l-iskor fil-45 minuta permezz ta’ NELLI KOROVJINA waqt li rduppjaw l-iskor fis-47 minuta meta wara li rċeviet minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Smirnova, KRISTIANA MASHKOVA kienet fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u mill-viċin tefgħet il-ballun fix-xibka.
Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fit-88 minuta meta Chermnomyrdina pprovdiet l-assist lid-difensur ANNA BELOMYTTEVA li b’xamma kbira għall-goal tefgħet ġewwa.
Malta: 1-Patricia Ebejer, 3-Ann-Marie Said, 5-Stephania Farrugia, 16-Charlene Zammit, 20-Nicole Sciberras, 6-Dorianne Theuma (17-Brenda Borg 61), 13-Maria Farrugia (15-Jade Flask 61), 4-Emma Lipman, 14-Shona Zammit, 8-Rachel Cuschieri, 9-Alishia Sultana (18-Emma Xuereb 83) Coach: Mark Gatt
Russja: 12-Elvira Todua, 14-Kristina Mashkova, 15-Anna Belomytteva, 3-Anna Kozhnikova, 8-Alsu Abdullina, 22-Viktoriia Kozlova, 6-Alena Andreeva (5-Natalia Perepechina 73), 17-Marina Fedorova (18-Ekaterina Pantyukhina 60), 10-Nadezhda Smirnova (23-Lina Yakupova 81), 16-Yana Sheina (19-Margarita Chernomyrdina 74), 20-Nelli Korovkina (9-Natalya Mashina 81) Coach: Yuri Krasnozhan
Referee: Miriama Matulova (Slovakkja)
Ass. Referees: František Ferenc, Lenka Pavlackova (Slovakkja)
Raba’ Uffiċjal: Martin Dohal (Slovakkja)
Skorers: N. Korovkina 45, K. Mashkova 47, A. Belomytteva 88 (R)
Ammoniti: Ħadd