Saturday, November 16, 2024

TTD tan-Nisa: Spanja jibdew b’rebħa fuq Costa Rica

Aqra wkoll

Spanja ………..3

Costa Rica…….0

Spanja bdew l-avventura tagħhom ta’ dan it-tournament b’rebħa u b’dominanza mill-aktar impressjonanti meta għelbu lil Costa Rica bl-iskor ta’ 3-0.

Huma aċċertaw din ir-reb­ħa fl-ewwel taqsima me­ta daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ tliet goals. 

Huma fetħu l-iskor minn auto-goal sfortunat ta’ Valeria del Campo biex żewġ minuti wara Aitana Bonmati rduppjat għall-Ispanjoli. 

It-tielet goal wasal, fis-27 minuta,  permezz ta’ Esther Gonzalez wara li d-daqqa ta’ ras ta’ Jennifer Hermoso ġiet imċaħħda mill-mim­du­da. 

Gonzalez setgħet skorjat ir-raba’ goal għal Spanja iżda l-penalty tagħha ġie salvat mill-goalkeeper, Daniela Solera, li kienet l-aħjar player tal-logħba bis-saves determinanti tagħha biex żammet l-iskor wieħed rispettabbli għat-team tagħha. 

Fit-tieni taqsima, Olga Car­mona laqtet il-lasta li iżda setgħet għamlet aħjar. 

Id-dominanaza tat-team Spanjol intweriet fl-istatistika tal-partita, hekk kif kellu 46 tentattiv, fosthom 12 fil-mira, bil-Costa Rica, ikklassifikati fis-36 post fid-dinja, kellhom xutt wieħed biss li ntemm barra. 

Spanja kellhom ukoll 80% pussess u 22 corner meta mqabbla ma’ wie­ħed biss mill-avversarji tagħ­hom.

Ekonomija

Sport