Friday, December 27, 2024

Tugboat jegħreq wara ħabta ma’ tanker fil-Kanal ta’ Suez

… tfittxija għal persuna rrapportata nieqsa

Aqra wkoll

Tugboat tal-kanal ta’ Suez għereq u membru tal-ekwipaġġ għadu rrapportat nieqes wara li ħabat ma’ tanker.

L-awtoritajiet tal-Kanal ta’ Suez qalu li tim ta’ ħaddiema tas-salvataġġ marru fil-post fejn seħħ l-inċident is-Sibt u salvaw sitta mis-seba’ membri tal-ekwipaġġ mit-tugboat li għereq.

Intqal li t-tfittxija għas-seba’ persuna kienet għadha għaddejja. Minħabba f’dan l-inċident, it-traffiku lejn in-naħa ta’ fuq tal-Kanal ġie interrott għal xi ħin iżda l-bastiment li kienu sejrin lejn in-naħa ta’ isfel ma ġewx affettwati.

Il-bastiment involut fil-ħabta kien it-tanker tal-LPG Chinagas Legend, li kellu bandiera tal-Hong Kong. Dan il-bastiment li huwa twil 230 metru kien qed iġorr 52,000 tunnellata ta’ gass likwidu tal-petroljum.

Ekonomija

Sport