Saturday, December 28, 2024

Tuneżin u Libjan mixlijin b’attentat ta’ serq

Aqra wkoll

Raġel ta’ 34 sena mit-Tuneżija u ieħor ta’ 30 sena mil-Libja baqgħu miżmumin taħt arrest wara li kienu mixlijin quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri li ippruvaw jisirqu żewġ ħwienet.

Hamdi Habib Mohammed Shedi u Rammi Rajab Ali Ratima, li m’għandhomx indirizz fejn jgħixu, kienu mixlijin li fil-25 ta’ April li għadda ippruvaw jisirqu mill-“Phonerefix” u mill-“Adventure Shop” li jinsabu fi Triq Dun Karm f’Birkirkara kif ukoll li għexu ħajja ta’ vagabundaġġ.

Ratima waħdu kien mixli wkoll li kiser sentenza sospiża li ngħatatlu mill-Maġistrat Rachel Montebello fit-30 ta’ Lulju 2019.

It-tnejn li huma wieġbu li ma kienux ħatja għall-akkużi miġjubin kontrihom mill-Ispettur Elton Talian madankollu l-Avukat Mark Mifsud Cutajar, li deher għalihom, ma talabx il-ħelsien mill-arrest u b’hekk baqgħu arrestati.

Ekonomija

Sport