Friday, November 15, 2024

Turist ikisser żewġ statwi ta’ 2000 sena għax ma tħalliex ikellem lill-Papa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Turist Amerikan kisser żewġ statwi ta’ 2,000 sena wara li ġie miċħud milli jara lill-Papa Franġisku waqt żjara fil-Mużew Chiaramonti fil-Vatikan.

Huwa rreaġixxa b’rabja wara li t-talba tiegħu ġiet miċħuda u nfexx ma’ bust antik li spiċċa f’biċċiet imxerrdin fl-art. Waqt li kien qiegħed jaħrab huwa wettaq ħsara fuq statwa oħra.

Skont stqarrija maħruġa mill-Vatikan, ir-raġel ġie mwaqqaf mill-pulizija fil-post u għaddewh lill-awtoritajiet Taljani sakemm isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.

Skont rapporti fil-midja Taljana, l-esperti qegħdin jikkalkulaw il-ħsara sabiex ikunu jistgħu jiġbru l-biċċiet kollha sabiex tibda restawrazzjoni b’mod immedjat. Jidher li sfortunament waħda mill-istatwi spiċċat mingħajr imnieħer minħabba li nqered mad-daqqa.

S’issa għadu mhux magħruf xi xtaq jgħid lill-Papa, iżda skont wieħed mir-rappreżentanti tal-mużew jidher li tal-anqas, l-istawti inkwistjoni huma tnejn mill-inqas importanti fil-kollezzjoni tal-mużew li tinkludi mal-1,000 statwa.

Il-kameras tas-sigurtà qabdu l-mument x’ħin seħħ l-inċident u l-istaff se jkun qiegħed jingġata taħriġ ta’ kif jista’ jintervjeni bl-aħjar mod f’każijiet bħal dawn fejn is-sitwazzjonijiet jeskalaw u jsiru perikolużi kemm għall-arti fil-Vatikan, kif ukoll għal persuni oħra li jkunu qegħdin iżuru l-post.

Ekonomija

Sport