Turist Ingliż ta’ 23 sena residenti Londra ġie arrestat fit-Tajlandja wara li allegatament ħallas mara anzjana ta’ 61 sena biex tagħmel is-sess miegħu fuq bajja.
Fil-ħin li seħħ il-każ kien hemm diversi persuni u bdew jiġbdu l-filmati lill-persuni nvoluti bil-konsegwenza li dan spiċċa għand il-Pulizija.
Uffiċjali Tajlandiżi marru fuq il-bajja u arrestaw lill-ġuvni u ftit wara anke lill-mara. Skont dak irraporta fil-midja, il-ġuvni qal lill-pulizija “X’għamilt ħażin?… Għaliex qed tarrestawni?”
Wara li ttieħed l-għassa allegatament hu qal lill-pulizija li hu kien ħallas lill-anzjana £119 bil-patt li tagħmel is-sess miegħu f’post pubbliku.
Min-naħa tagħna l-anzjana qalet lill-Pulizija li hija ma kinitx taf li hija llegali li tagħmel sess fil-pubbliku.

