Bieke Vande Velde, Belġjana ta’ 26 sena, baqgħet tinżamm arrestata wara li kienet mixlija li kkaġunat ħsara fl-appartament fejn kienet qed toqgħod.
Hija kienet tgħix f’appartament f’Ħ’Attard flimkien mas-sieħeb tagħha.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-ħsara saret waqt li allegatament kien hemm argument bejn il-koppja li kienu hawn għal vaganzi.
Hekk kif iddaħlet il-Qorti, it-tfajla degret imbikkma filwaqt li wiġbet mhux ħatja li kkaġunat ħsara li tlaħħaq valur ta’ €2,500.
Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ċaħditilha t-talba għall-ħelsien mill-arrest.