Tuesday, January 13, 2026

Turisti jinqabdu f’Lapland hekk kif twaqqfu t-titjiriet minħabba l-kesħa

Aqra wkoll

Eluf ta’ turisti spiċċaw maqbudin fil-Lapland tal-Finlandja hekk kif mewġa qawwija ta’ kesħa estrema kkawżat il-waqfien tat-titjiriet kollha minn mill-ajruporti ewlenin tal-pajjiż.

It-tluq mill-ajruport ta’ Kittila tal-Lapland li kien se jwassal vjaġġaturi tax-xitwa lura lejn il-bliet ta’ Londra, Bristol, Manchester, Pariġi u Amsterdam ġew ikkanċellati kollha nhar il-Ħadd hekk kif it-temperaturi komplew jippersistu sa 35C taħt iż-żero nhar il-Ħadd.

Ġie rrappurtat li t-titjiriet ġew ikkanċellati lejn u minn Kittila nhar il-Ġmgħa u s-Sibt ukoll. Din is-sitwazzjoni mistennija tkompli f’dawn il-jiem bl-aġenzija meteoroloġika tal-Finlandja tbassar temperatura minima ta’ 39C taħt iż-żero. 

Il-kesħa estrema qed tagħmilha diffiċli biex jitneħħa s-silġ minn fuq l-ajruplani, filwaqt li kien hemm il-biża li t-tagħmir tal-manutenzjoni u tal-mili tal-fjuwil  jistgħu jiffriżaw.

L-operatur tal-ajruport Finavia qal lill-istazzjoni pubbliku Yle li l-umdità fl-arja kienet qed taggrava s-sitwazzjoni hekk kif kienet qed toħloq fuq l-art ġlata tiżloq ħafna.

Filwaqt li Lapland – li tkopri t-Tramuntana tan-Norveġja, l-Iżvezja u l-Finlandja – hija magħrufa għall-kesħa u l-borra, il-Lapland Finlandiża ġeneralment ikollha temperatura medja fix-xitwa ta’ -14C, b’xi tnaqqis okkażjonali għal -30C, skont il-bord tat-turiżmu tan-nazzjon.

L-ajruport ta’ Kittila jservi lil nies li jixtiequ jivvjaġġaw lejn resorts tal-iski fil-qrib u jaraw in-“Northern Lights”, filwaqt li l-ajruport ta’ Rovaniemi aktar fin-nofsinhar huwa d-destinazzjoni “uffiċjali” għall-viżitaturi tad-dar folkloristika ta’ Santa Klaws.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport