Saturday, December 14, 2024

Tużax dawn il-platti, kikri u skutelli għat-tfal

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel m’għandhomx jintużaw minħabba li nstab li jista’ jkun hemm migrazzjoni ta’ ċomb u kadmju fl-ikel waqt l-użu.

Deskrizzjoni tal-prodotti:– Platt għat-tfal magħmul mill-ħadid u miksi bl-enamel (90% ħadid; 10% enamel) 
– Kikkra għat-tfal magħmula mill-ħadid u miksija bl-enamel (90% ħadid; 10% enamel) 
– Skutella għat-tfal magħmula mill-ħadid u miksija bl-enamel (90% ħadid; 10% enamel) 
Tema:Sweet bloom
Numru tal-artiklu:Platt: 3641/202/999Kikkra: 3641/210/999Skutella: 3641/211/999
Dittà:ZARA Home
Oriġini:Ċina

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

Ekonomija

Sport