Wednesday, December 25, 2024

Twaqqif tad-Delegazzjoni Għawdxija tal-Ordni tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm

Aqra wkoll

F’ċerimonja qasira, iżda b’sinifikat profond, ġiet inawgurata d-Delegazzjoni Għawdxija fi ħdan il-Logutenenza Maltija tal-Ordni Ekwestru tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm.

Fis-17 ta’ Awwissu, fis-Santwarju Ta’ Pinu, il-Logutenent għal Malta l-E.T. Roberto Buontempo ppreżenta d-digriet li bih twaqqfet din id-delegazzjoni, flimkien ma’ ittri tal-ħatra lill-ewwel uffiċjali, li huma l-Kommendatur Euchar Mizzi u l-Kan. John Muscat, bħala Delegat u Prijur rispettivament. Id-digrieti ġew approvati mill-Gran Mastru tal-Ordni, il-Kardinal Fernando Filoni.

Ftit wara ġie mgħoddi l-istendard tad-delegazzjoni minn idejn il-Logutenent għal idejn id-Delegat, f’passaġġ ta’ konsenja u konferma tat-twaqqif ta’ din id-delegazzjoni.

Ippresieda ċ-ċerimonja l-Kardinal Mario Grech, li f’messaġġ għall-okkażjoni enfasizza u fakkar il-missjoni li għandhom il-membri ta’ dan l-Ordni, dik ta’ sostenn għall-preżenza Kristjana fl-Art Imqaddsa. Irridu nagħmlu minn kollox biex in-Nisrani ma jisparixxix minn din l-art, qal il-Kardinal, waqt li fakkar li din hi art bi problemi kbar fejn l-unika soluzzjoni għall-paċi dejjiema tista’ tkun biss il-maħfra.

Ekonomija

Sport