Monday, May 13, 2024

Tweġġa’ gravi wara ħabta bejn tliet karozzi f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Mara ta’ 39 sena weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’ħabta bejn tliet karozzi f’Wied il-Għajn. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45 a.m., fi Triq Sant Antnin. 

Mill-ewwel stħarriġ li sar fuq il-post irriżulta li seħħet ħabta bejn Honda Fit misjuqa minn Ukrena ta’ 37 sena, Renault Capture misjuqa minn Ungeriża ta’ 24 sena u Toyota Starlet misjuqa mill-mara ta’ 39 sena. Is-sewwieqa kollha huma residenti Wied il-Għajn stess. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-mara ta’ 39 sena l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport