Thursday, December 26, 2024

Tweġġa’ gravi wara li nqalbet bil-karozza fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Mara ta’ 33 sena residenti Ħal Qormi qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu nqalbet bil-karozza fil-Ħamrun.

Kien għall-ħabta tas-2.30 a.m. meta l-Pulizija kienu infurmati b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp.

Minn stħarriġ preliminari kien irriżulta li Toyota Vitz misjuqa mill-vittma nqalbet wara li ħabtet f’Honda Fit li kienet ipparkjata.

Il-mara ngħatat l-għajnuna mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u minn tim mediku u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan l-inċident.

Ekonomija

Sport