Sunday, December 22, 2024

Tweġġa’ gravi wara li nqalbet bil-karozza u baqgħet dieħla f’karozzi pparkjati f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Mara sofriet ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-5:45 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Patri G. Spiteri Fremond, Ħal Qormi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 50 sena residenti Ħal Qormi kienet tilfet il-kontroll tal-karozza Honda Fit li kienet qiegħda ssur u spiċċat maqluba u maħbuta f’erba’ karozzi li kienu pparkjati.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li assistew lill-mara sakemm hija setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport