Friday, November 15, 2024

Tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħal Balzan

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tat-7:45 p.m. kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Idmejda, Ħal Balzan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 30 sena mil-Litwanja residenti Ħ’Attard intlaqtet minn vettura Nissan Qashqai li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 38 sena residenti Ħal Balzan.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-mara sakemm setgħet tittieħed l-Ipstar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport