Mara sofriet ġrieħi wara li bejn il-lejl tat-Tnejn u t-Tlieta għall-ħabta ta’ 11:45 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Borg Għarib Għajnsielem.
Minn investigazzjonijiet illi waru rriżulta li mara ta’ 40 sena residenti Għajnsielem kienet qiegħda ssuq karozza tat-tip Chevrolet Matiz meta għħal xi raġuni tilfet il-kontroll u ħabtet ma’ ħajt.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista sakemm il-mara setgħet ittieħdet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard irriżulta li l-mara sofriet ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.