Saturday, December 21, 2024

Twelid rari fl-Indja wara li lill-omm kienu qalulha li qed tistenna tewmin 

Aqra wkoll

Tarbija ħasdet lit-tobba u lil ommha wara li twieldet b’żewġ irjus, tliet idejn u żewġ qlub.

L-istorja ġiet irrappurtata minn midja Ingliża u intqal li l-omm, Shaheen Khan, kienu qalulha li se jkollha tewmin waqt it-tqala tal-ewwel tarbija tagħha f’Ratlam, fl-istat Indjan ta’ Madhya Pradesh.

Il-kundizzjoni magħrufa bħala ‘parapagus dicephalic’, fejn żewġ trabi jkunu magħquda f’ġisem wieħed, ma ġietx osservata qabel it-twelid.

Ħafna drabi sfortunatament jirriżulta li t-tarbija titwieled mejta iżda wara li baqgħet ħajja, nhar it-Tlieta t-tobba qalu  li mhumiex qed jippjanaw li jagħmlu operazzjoni.

It-tarbija “miraklu” ddaħħlet fi sptar fil-belt fil-qrib ta’ Indore biex it-tobba jkunu jistgħu josservawha.

Mir-rapporti mhux ċar jekk it-tarbija hux qed titqies bħala tewmin jew tarbija waħda. Rapporti tal-lokal jiddeskrivuha bħala tarbija iżda l-kundizzjoni hija meqjusa bħala forma rari ta’ “partial twinning”.

Wieħed mit-tobba, Dr Lahoti, qal: “Dawn it-tip ta’ każijiet huma rari u l-kundizzjoni tat-trabi tibqa’ waħda inċerta, speċjalment fil-bidu.”

Ekonomija

Sport