Saturday, September 14, 2024

Twissija dwar ċereali li nstab li fih ħalib

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed iwissi biex il-prodott Choco Balls f’borża ta’ 300 gramma b’numru tal-lott 200211 ma jiġix ikkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib minħabba li nstab li fih ħalib li mhux iddikjarat fuq it-tikketta.

Għal aktar informazzjoni il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m., jew jibgħat imejl fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali fuq  għal informazzjoni simili.

Ekonomija

Sport