Monday, December 23, 2024

Twissija dwar fliexken tax-xampanja b’sustanza ta’ MDMA

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Supretendenza tas-Saħħa jixtieq iwissi lill-pubbliku rigward informazzjoni li waslitlu rigward possibbiltà ta’ sustanza MDMA (ecstasy) fi fliexken tax-xampanja ‘Moët & Chandon Impérial Ice 3l’ li qegħdin jinbiegħu online minn xi individwi.

S’issa m’hawn l-ebda rapporti ta’ dawn il-fliexken f’pajjiżna, iżda d-Direttorat qiegħed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni. Huwa mifhum li dawn il-fliexken huma maħdumin apposta u ġew mbattla u mbagħad mimlija b’likwidu MDMA.

Id-Direttorat qiegħed ġentilment jitlob lill-konsumaturi li ordnaw minn dawn il-fliexken biex ma jikkunsmawhomx.

Il-fliexken tat-3 litri li jidhru fir-ritratt huma dawk innumerati bħala “LAJ7QAB6780004” hemm probabbiltà kbira li dawn jinkludu din is-sustanza.

Ekonomija

Sport