Saturday, December 28, 2024

Twissija dwar il-possibbiltà ta’ żibeġ f’dawn il-prodotti

Aqra wkoll

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, kif ukoll iktar tard mingħand l-Awtorità Kompetenti tal-Ingilterra, l-imsemmijin prodotti m’għandomx jiġu kkunsmati minħabba li potenzjalment jista jkun hemm ġo fihom żibeġ żgħar (2-3mm) ta’ ‘food grade silica’.

  • Deskrizzjoni tal-prodotti: Trab għal xarbiet taċ-ċikkulata
  • Isem tal-prodotti: Nestlé Aero Hot Choc (kontenitur tal-plastik ta’ 288g)

Nestlé Aero Hot Choc (qratas ta’ 24g)
Nestlé Aero Go Instant Hot Choc cups (tazza ta’ 28g)

  • Dati tad-durabbiltà: Id-dati kollha sal-aħħar ta’ Novembru 2023 (BBE 11/2023)

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon (2133 7333) mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat e-mail fuq [email protected].

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad- Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Ekonomija

Sport