Sunday, December 22, 2024

Twissija dwar livelli għoljin ta’ pestiċidji f’dan il-prodott

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq javża lill-pubbliku, li skont informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ pestiċidji varji.

Deskrizzjoni tal-prodott:Kemmun mitħun (Ground Cumin)
Ditta:TRS
Użin:100g
Data tad-durabbilità:April 2023

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq dan in-numru 2133 7333, mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat e-mail fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Ekonomija

Sport