Tuesday, December 24, 2024

Twissija dwar prodott ieħor b’possibbiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida fil-ġunġlien

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-sistema rapida tal-ikel u l-għalf, il-prodott taż-żejt tal-ġunġlien “econature” tad-ditta Bordoni m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide) fil-ġunġlien użat fil-produzzjoni tal-istess żejt.

Il-lott taż-żejt inkwistjoni huwa N376, bid-data tad-durabbiltà hija t-30 ta’ Marzu tal-2021.

Id-Direttorat qal li f’dawn l-aħħar ġimgħat nstab li l-kimika ethylene oxide setgħat kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja.  Madankollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 21337333 mit-8.00 a.m. sas-2.30 p.m. jew jibgħat imejl fuq  [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili.

Ekonomija

Sport