Saturday, November 16, 2024

Twissija dwar tliet prodotti tal-Maypole

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku li wara li saret analiżi fuq konsenji ta’ ġunġlien, tliet prodotti tal-Maypole m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida fil-ġunġlien li jinstab fl-istess prodotti.

F’dawn l-aħħar ġimgħat, instab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madankollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.

Il-prodotti inkwistjoni huma:

– Qagħaq tal-ġunġlien b’lott u data tad-durabbiltà: L46203; 11/02/2021, L48203; 25/02/2021

– Timpana (prodott friżat) b’lott u data tad-durabbiltà: L46205; 13/11/2021

– Sausage rolls (prodott friżat) b’lott u piż: L46207; pakkett ta’ 24

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq [email protected].

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili.

Ekonomija

Sport