Thursday, December 26, 2024

Twissija mill-MFSA dwar kumpanija falza

Aqra wkoll

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) saret taf b’entità bl-isem ALPHAFXPRIME li għandha preżenza fuq l-internet fuq https://www.alphafxprime.com. Dan il-websajt qed jiddikjara li huwa l-isem kummerċjali ta’ kumpanija liċenzjata mill-MFSA, Alpha FX Europe Limited. Il-frodisti qed jużaw id-dettalji ta’ din il-kumpanija ġenwina fi sforz biex iqarrqu bil-pubbliku.

Għaldaqstant, l-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarji qed tavża lill-pubbliku li ALPHAFXPRIME mhix kumpanija reġistrata Malta u lanqas ma hija awtorizzata li tipprovdi xi servizzi finanzjarji f’Malta jew minn Malta. Barra minn hekk, ALPHAFXPRIME m’għandha l-ebda assoċjazzjoni ma’ Alpha FX Europe Limited.

Is-sit https://www.alphafxprime.com għalhekk jidher li huwa kopja tal-websajt tal-entità leġittima u l-pubbliku għalhekk għandu joqgħod lura milli jagħmel xi negozju jew tranżazzjoni mal-entità falza.

L-MFSA tixtieq tfakkar lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex ma jidħlux f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji sakemm ma jkunux aċċertaw li l-entità li magħha qed issir it-tranżazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi tali servizzi mill-MFSA jew regolatur ieħor ta’ fama tas-servizzi finanzjarji. Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija murija fuq il-websajt uffiċjali tal-Awtorità fuq https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

Ekonomija

Sport