Sliema………………….. 15
San Ġiljan………….…. 11
(4-2, 5-4, 3-4, 3-1)
Sliema għamlu stqarrija soda oħra li se jkunu sfidanti ewlenin biex jiddefendu t-titlu mirbuħ is-sena l-oħra meta kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida tal-ġirien iżda rivali San Giljan bl-iskor ta’ 15-11.
B’hekk huma kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva f’temp ta’ gimgha ġimgħa f’konfront dirett meta fil-jiem precedent għelbu lil Neptunes bl-iskor strett ta’ 15-14.
Għal Sliema spikka ferm iż-żagħżugħ Elijah Schembri li rreġistra poker personali, waqt li għas-saints l-aqwa skorer kien l-Awstraljan Aaron Younger li wkoll skorja erba’ goals.
Sliema: N. Grixti, E. Schembri (4), L. Galea (3), S. Engerer (1), J. Cassar (1), B. Cachia (1), J. Cutajar (1), D. Rizzo, J. Brownrigg (1), A. Galea, A. Vlachopulos (3), D. Zammit, B. Busuttil, J. Chircop
San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja, D. Tully, R. Caruana, A. Younger (4), M. Zammit (1), J. Bonavia (2), B. Plumpton, J. Abela, N. Zammit (3), D. Zammit (1), N. Schiavone, Z. Attard, G. Bonavia
Referees: Ronnie Spiteri, Mirko Schiavo
Neptunes jegħlbu lil Exiles mingħajr tbatija
Neptunes……………..… 19
Exiles………...…………….. 6
(2-1, 5-4, 5-0, 7-1)
Neptunes ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Exiles bl-iskor ta’
Dan il-konfront kien wieħed speċjali għall-goalkeeper ta’ Exiles Alan Borg Cole hekk kif kien qed jaffronta proprju lill-eks tim tiegħu għal ħafna snin u li miegħu rebaħ kull unur li għandu x’joffri l-waterpolo lokali, Neptunes. Dan għalkemm huwa kien beda l-karriera tiegħu fil-waterpolo proprju ma’ Exiles.
Għal Neptunes spikka l-istilla Ungeriża Gergo Zalanki li skorja ħames goals, waqt li għal Exiles l-aqwa skorer kien Konstantin Averka li rreġistra hat-trick personali.
Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze (2), G. Zalanki (5), L. Mallia (1), J. Valletta (1), S. Camilleri (4), M. Castillo (1), B. Schranz, J. Bajada (1), A. Fenech (3), M. Azzopardi, M. Rossi,E. Mallia, J. Camilleri (1)
Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt, Z. Micallef, D. Pace Lupi (1), T. Agius, M. Martellacci, M. Fenech, K. Griscti, K. Averka (3), K. Tanti (2), K. Navarro, D. Zahra, G. Galea Curmi, L. Hyzler
Referees: Stefan Licari, Iacovelli
Sirens jikkonvinċu u jegħlbu lil Valletta
Valletta…………….. 14
Sirens………………… 18
(4-7, 2-3, 4-5, 4-3)
F’xalata ta’ goals Sirens għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 18-14. Għat-tim minn San Pawl il-Baħar l-aqwa skorer kien Nicolas Bicari li skorja ħames goals, waqt li għall-Beltin spikka ferm Matthew Mifsud li skorja sitt goals jiġifieri kważi nofs il-goals għat-tim tiegħu.
Dan filwaqt li kuntrarju għas-soltu, kellu logħba kwieta għalihom l-istilla Russa Ivan Nagaev li skorja biss żewġ goals.
Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (6), M. Carani, J. Sciberras, S. Busuttil, M. Zammit (3), I. Nagaev (2), K. Borg (3), K. Erdogan, M. Chircop, K. Cremona, G. Borg
Sirens: J. Parnis, P. Serracino, N. Bicari (5), P. Borg (1), J. Cachia (3), K. Agius (2), M. Ortoleva, I. Riolo (3), J. Zerafa Gregory (1), M. Sciberras, N. Rafailovic, G. Farrugia (2), M. Bonello DuPuis, G. Pace (1)
Referees: Massimo Angileri, Mirko Schiavo