Friday, December 27, 2024

Twissija ta’ ċpar qawwi fis-sigħat li ġejjin

Aqra wkoll

Skont l-aħħar informazzjoni mogħtija mill-paġna tat-tbassir tat-temp l-‘Aġġornament tat-temp’, fil-ħin li ġej l-gżejjer Maltin se jintlaqtu minn ammont sostanzjali ta’ ċpar ikkawżat minn nuqqas ta’ riħ, temperatura għolja u l-fatt li t-temperartura tal-baħar għadha baxxa u umdità fl-art.

Intant skont l-istess sit it-temp għal matul il-jiem li ġejjin mistenni jkun kif indikat hawn isfel:

  • Tnejn ftit imsaħħab b’riħ majjistral forza 3 għal 4.
    Temperatura tmiss it-28°C.
  • Tlieta ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u b’riħ varju.
    Temperatura tmiss is-27°C 
  • L-Erbgħa ftit imsaħħab b’riħ forza 4 mil-Lvant.
    Temperatura tmiss is-26°C
  • Il-Ħamis ftit imsaħħab b’riħ forza 5 li jitla għal forza 6 mal-jum mill-majjistral. 
    Temperatura tmiss is-27°C
  • Il-Ġimgħa xemxi b’riħ forza 6 majjistral.
    Temperatura l għola tmiss 26°C
  • Sibt ftit imsaħħab b’riħ forza 5 majjistral li jitla forza 6 sa filgħaxija mill-majjistral. Temperatura tmiss is-27°C
  • Il-Ħadd ftit imsaħħab li jsir xemxi b’riħ majjistral forza 3 għal 4. 
    Temperatura tmiss is-27°C.

B’hekk is-sewwieqa qegħdin ikun imħeġġeġ isuq bil-galbu matul is-sigħat li ġejjin hekk kif matul il-lejl iċ-ċpar mistenni jintensifika.

Ekonomija

Sport