Sunday, January 25, 2026

Twissija ta’ livell medju

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jinforma lill-pubbliku bl-avviż mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili: 

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili javża li għada t-Tnejn 26 ta’ Jannar inħarġet twissija tat-temp ta’ livell medju (yellow weather warning).

Il-kundizzjonijiet tat-temp huma mistennija jaqilbu għall-agħar mis-sigħat bikrin tat-Tnejn, bejn l-1:00 u l-4:00 ta’ filgħodu, b’riħ li jissaħħaħ matul il-lejl u matul il-jum, u li jista’ jilħaqForza 7 (Qawwa ta’ Grigalata) f’ċerti ħinijiet. Huwa mistenni wkoll baħar qawwi u xita ħafifa.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex:

•⁠  ⁠Jeżerċita kawtela akbar, b’mod partikolari matul is-sigħat ta’ filgħodu u ta’ matul il-jum

•⁠  ⁠Ipoġġi b’mod sigur affarijiet li qegħdin fuq barra

•⁠  ⁠Jibqa’ attent għal bidliet fil-kundizzjonijiet tat-temp

•⁠  ⁠Isegwi l-istruzzjonijiet u l-avviżi uffiċjali maħruġa mill-awtoritajiet

•⁠  ⁠Iċempel 112 f’każ ta’ emerġenza.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa preparat għal kull assistenza u qed ikompli jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib f’kordinazzjoni ma’ servizzi oħra ta’ emerġenza.

Aktar aġġornamenti se jinħarġu jekk il-kundizzjonijiet jinbidlu.

Il-Ministru Byron Camilleri filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema kollha li wettqu u qegħdin iwettqu ħidma b’rabta mal-maltemp appella biex għal darb’oħra l-pubbliku jikkopera u jsegwi dawn il-prekawzjonijiet. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport