Iċ-Ċentru ta’ Twissija dwar it-Tsunami ħareġ twissija għall-Peniżola ta’ Kamchatka fir-Russja. Dan wara żewġ terremoti li laqtu l-baħar fil-qrib matul il-jum tal-lum
It-terremot l-akbar, b’kobor ta’ 7.4 fuq l-iskala Richeter, kien f’fond ta’ 12-il mil u kien 89 mil fl-Lvant tal-belt ta’ Petropavlovsk-Kamchatsky, li għandha popolazzjoni ta’ 180,000.
Ftit minuti qabel, ġie rreġistrat terremot ieħor b’kobor ta’ 6.7 fuq l-iskala Richter.
Inizjalment is-Servizz Nazzjonali tat-Temp tal-Istati Uniti ħareġ ukoll twissija għal Hawaii, iżda din ġiet ikkanċellata aktar tard wara li aktar investigazzjoni indikat li m’għadx hemm theddida għall-gżira.