Sunday, December 22, 2024

Twissija tas-saħħa dwar temperaturi għoljin għas-sajf

Aqra wkoll

Hekk kif it-temperatura qed tkompli tiżdied, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard jixtieq jagħti parir lill-pubbliku dwar l-importanza li jinżamm idratat tajjeb fix-xhur sħan tas-sajf. Temperaturi għoljin jikkawżaw li jintilef l-ilma mill-ġisem b’rati mgħaġġla li jirriżultaw f’deidrazzjoni li jista’ jwassal ukoll għal eżawriment tas-sħana jew ‘heatstroke’.

Is-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd iżda xi nies għandhom riskju akbar, inkluż anzjani, trabi, tfal żgħar, nies b’kundizzjonijiet kroniċi u nies li jagħmlu attività fiżika regolari.

Biex jiġu evitati l-effetti tal-mewġa tas-sħana huwa importanti li:

  • Tevita s-sħana billi tevita kull espożizzjoni bla bżonn għax-xemx waqt perjodi sħan tal-ġurnata  bejn il-11.00am sal-4.00pm;
  • Iżomm frisk billi toqgħod fl-aktar partijiet friski tad-dar u tal-post tax-xogħol;
  • Tagħlaq il-purtieri fil-kmamar li jiffaċċjaw ix-xemx biex l-ispazji ta’ ġewwa jinżammu aktar friski;
  • Tixrob l-ilma regolarment, filwaqt li tiekol aktar ikel kiesaħ;
  • Tevita likwidi li jikkawżaw deidrazzjoni, bħall-alkoħol, il-kafè, it-te u soft drinks bil-kaffeina;
  • Tilbes ħwejjeġ ħfief;
  • Qatt ma tħalli lil ħadd f’vettura magħluqa u pparkjata, speċjalment trabi, tfal żgħar jew annimali;
  • Tevita sforz fiżiku fl-iktar partijiet sħan tal-ġurnata;
  • Timxi fid-dell, tapplika protezzjoni għax-xemx u tilbes kappell jekk ikollok toħroġ fis-sħana;
  • Fittex parir mediku jekk għandek xi tħassib.

Huwa wkoll rakkomandat li tiċċekkja regolarment fuq l-anzjani u dawk aktar f’riskju, speċjalment jekk jgħixu waħedhom.

Għal aktar informazzjoni segwi l-paġna tal-Facebook HPDPMalta.

Ekonomija

Sport